Gwida

Is-sistema tar-Renju Unit ta' immigrazzjoni bbażata fuq il-punti: Introduzzjoni għaċ-ċittadini tal-UE

Il-moviment liberu bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropa ntemm fil-31 ta' Diċembru 2020 u fl-1 ta' Jannar 2021, ir-Renju Unit implimenta sistema ta' immigrazzjoni bbażata fuq il-punti (points-based immigration system) li tagħti prijorità lill-ħiliet u t-talent aktar milli minn fejn ġejja l-persuna.

Find out about what you’ll need to do before you leave for the UK because of coronavirus (COVID-19).

Ħarsa Ġenerali

Ir-Renju Unit ħareġ mill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Jannar 2020.

Jekk int ma kontx residenti fir-Renju Unit qabel il-31 ta’ Diċembru 2020 u m’għandekx drittijiet taħt il-Ftehim dwar il-Ħruġ, tkun teħtieġ tissodisfa rekwiżiti speċifiċi sabiex taħdem jew tistudja fir-Renju Unit mill-1 ta’ Jannar 2021. Teħtieġ ukoll tgħaddi minn verifiki rilevanti, inklużi verifiki tar-Renju Unit dwar kriminalità. Tista’ tkompli żżur ir-Renju Unit għal massimu ta’ 6 xhur mingħajr ma tapplika għal viża u tista’ tieħu sehem f’firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, inkluż għat-turiżmu, biex iżżur lill-familja u l-ħbieb, għal studju fuq terminu qasir u attivitajiet relatati man-negozju, bħal avvenimenti u konferenzi. Il-lista sħiħa ta’ attivitajiet permessi għall-viżitaturi hija disponibbli fuq GOV.UK.

L-istatus taċ-ċittadini Irlandiżi jibqa’ protett bħala parti mill-arranġamenti taż-Żona Komuni għall-Ivvjaġġar. Għaldaqstant, iċ-ċittadini Irlandiżi ma jeħtiġux permess biex jiġu fir-Renju Unit (ħlief f’numru ta’ ċirkostanzi limitat ħafna), u b’riżultat ta’ dan, mhumiex eliġibbli biex japplikaw taħt is-sistema l-ġdida ta’ immigrazzjoni bbażata fuq il-punti.

Innota li “ċittadini tal-UE” msemmija f’din il-gwida għandha tinftiehem li tinkludi ċittadini tal-UE, taż-ŻEE u tal-Iżvizzera.

EU Settlement Scheme

Jekk kont residenti fir-Renju Unit sal-31 ta’ Diċembru 2020, int u l-familja tiegħek għandkom tapplikaw għall-EU Settlement Scheme biex tkomplu tgħixu fir-Renju Unit wara t-30 ta’ Ġunju 2021. Id-data ta’ skadenza biex tapplika hija t-30 ta’ Ġunju 2021.

Kif tapplika permezz tas-sistema ta’ immigrazzjoni bbażata fuq il-punti

Jekk eliġibbli, għandek tibda l-applikazzjoni tiegħek fuq GOV.UK. Tkun teħtieġ turi li tissodisfa l-kriterji rilevanti u tikseb l-għadd ta’ punti meħtieġa għall-viża li qed tapplika għaliha. Hemm gwida dettaljata disponibbli għal kull rotta fuq GOV.UK.

Bħala parti mill-applikazzjoni tiegħek, teħtieġ tivverifika l-identità tiegħek. Il-biċċa l-kbira tan-nies jistgħu jagħmlu dan permezz ta’ smartphone, permezz tal-app “UK Immigration: ID Check”, bħala parti mill-applikazzjoni online. Dawn li ma jistgħux jużaw l-app “UK Immigration: ID Check” ikunu meħtieġa jattendu Ċentru għall-Applikazzjonijiet għal Viża (Visa Application Centre). Hemm aktar informazzjoni disponibbli dwar il-proċess tal-applikazzjoni fuq GOV.UK.

Tkun teħtieġ tħallas miżata tal-applikazzjoni u, jekk se tiġi fir-Renju Unit għal aktar minn 6 xhur, jista’ jkun li jkollok tħallas il-Ħlas Addizzjonali tal-Immigrazzjoni għall-Kura tas-Saħħa (Immigration Health Surcharge), biex tkun tista’ taċċessa s-Servizz tas-Saħħa Nazzjonali (NHS) tar-Renju Unit.

Iż-żminijiet għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet ivarjaw skont il-viża li qed tapplika għaliha u s-servizz disponibbli. Għandek tapplika u tirċievi konferma li rnexxielek qabel ma tivvjaġġa lejn ir-Renju Unit.

Sabiex taħdem fir-Renju Unit

Viża għal Ħaddiem b’Ħiliet (Skilled Worker visa)

Biex tkun eliġibbli għar-rotta ta’ Ħaddiem b’Ħiliet, trid turi:

  • li għandek offerta tax-xogħol minn sponsor liċenzjat mill-Home Office fil-livell ta’ ħila meħtieġ
  • li se titħallas il-limitu bażi tas-salarju minimu rilevanti mill-isponsor tiegħek (normalment £25,600 jew ir-rata attwali għall-impjieg partikolari tagħhom, skont liema hija l-ogħla)
  • li taf titkellem bl-Ingliż f’livell intermedju ta’ B1 (abbażi tal-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi)

Applika għal visa għal Ħaddiem b’Ħiliet fuq GOV.UK.

Xogħol b’Ħiliet: viża għas-Saħħa u l-Kura (Health and Care visa)

Jekk int taħdem f’okkupazzjoni tas-saħħa eliġibbli u għandek offerta tax-xogħol mill-NHS, mis-settur tal-kura soċjali jew minn impjegaturi u organizzazzjonijiet li jipprovdu servizzi lill-NHS, taf titkellem bl-Ingliż u tissodisfa l-kriterji tar-rotta għal Ħaddiem b’Ħiliet, tista’ tapplika għal viża għas-Saħħa u l-Kura biex tiġi fir-Renju Unit mal-familja tiegħek.

Hemm dħul rapidu, b’miżati tal-applikazzjoni mraħħsin u appoġġ apposta permezz tal-proċess tal-applikazzjoni. Jekk int eliġibbli biex tapplika għal Viża għas-Saħħa u l-Kura, int eżenti wkoll milli tħallas il-Ħlas Addizzjonali tal-Immigrazzjoni għall-Kura tas-Saħħa. Ħaddiema fruntaliera fis-settur tas-saħħa u l-kura soċjali li mhumiex eliġibbli biex japplikaw għall-Viża għas-Saħħa u l-Kura jkollhom iħallsu l-Ħlas Addizzjonali tal-Immigrazzjoni għall-Kura tas-Saħħa u jistgħu jibbenefikaw minn skema ta’ rimborż fejn jitħallsu lura.

Applika għal viża għas-Saħħa u l-Kura fuq GOV.UK.

Talent Globali

Il-viża għal Talent Globali (Global Talent visa) tippermetti lil dawk b’ħiliet ta’ livell għoli ħafna biex jiġu fir-Renju Unit mingħajr offerta għal xogħol. Din il-viża hija maħsuba għal mexxejja rikonoxxuti, u l-mexxejja ta’ għada fix-xjenza, ix-xjenzi umanistiċi, l-inġinerija, l-arti (inkluż films, disinn tal-moda u arkitettura) u t-teknoloġija diġitali, fejn il-ħiliet uniċi tal-individiwi jarrikkixxu l-għarfien, l-ekonomija u s-soċjetà tar-Renju Unit. L-aqwa xjentisti u riċerkaturi jibbenefikaw minn proċess ta’ approvazzjoni aktar rapidu bħala parti minn skema STEM rapida.

Applika għal viża għal Talent Globali fuq GOV.UK.

Rotot alternattivi għal viża tax-xogħol u okkupazzjonijiet speċjalizzati

Hemm firxa ta’ rotot għal viża oħrajn disponibbli biex taħdem fir-Renju Unit, bħal viżi għal Start-up u Innovaturi (Start-up and Innovator visas). Hemm ukoll rotot għal viża għal okkupazzjonijiet aktar speċjalizzati, inklużi ministri tar-reliġjon, persuni sportivi u persuni kreattivi.

Sabiex tistudja fir-Renju Unit

Rotta għall-Istudenti (Student Route)

Biex tkun eliġibbli għar-rotta għall-istudenti, teħtieġ turi:

  • li ġejt offrut post fuq kors minn sponsor tal-Istudenti liċenzjat mill-Home Office
  • li kapaċi titkellem, taqra, tikteb u tifhem bl-Ingliż
  • li għandek biżżejjed flus biex tappoġġja lilek innifsek u tħallas għall-kors tiegħek
  • li ġenwinament għandek l-intenzjoni li tistudja fir-Renju Unit Hemm rotta għal Studenti Tfal (Child Student route) separata għal studenti tfal li għandhom bejn 4 u 17-il sena li jixtiequ jistudjaw fi skola indipendenti.

Tista’ tapplika għal Viża għall-Istudenti (Student visa) fuq GOV.UK.

Viża għall-Gradwati (Graduate visa)

Jekk jirnexxielek tlesti lawrea f’livell ta’ Baċellerat jew ogħla fir-Renju Unit, tkun tista’ tapplika għal viża għall-Gradwati biex tgħix u taħdem, jew biex tfittex xogħol, għal perjodu massimu ta’ sentejn (3 snin għal studenti tal-PhD) wara li tlesti l-istudji tiegħek.

Il-viża għall-Gradwati se tiftaħ fis-sajf 2021 għall-istudenti internazzjonali li kienu sponsorjati minn sponsor tal-Istudenti liċenzjat mill-Home Office li għandu rekord tajjeb ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-immigrazzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit.

Documents

Is-sistema tar-Renju Unit ta' immigrazzjoni bbażata fuq il-punti: Introduzzjoni għaċ-ċittadini tal-UE

Request an accessible format.
If you use assistive technology (such as a screen reader) and need a version of this document in a more accessible format, please email alternativeformats@homeoffice.gov.uk. Please tell us what format you need. It will help us if you say what assistive technology you use.

The UK's points-based immigration system: an introduction for EU workers

Request an accessible format.
If you use assistive technology (such as a screen reader) and need a version of this document in a more accessible format, please email alternativeformats@homeoffice.gov.uk. Please tell us what format you need. It will help us if you say what assistive technology you use.

The UK's points-based immigration system: an introduction for EU students

Request an accessible format.
If you use assistive technology (such as a screen reader) and need a version of this document in a more accessible format, please email alternativeformats@homeoffice.gov.uk. Please tell us what format you need. It will help us if you say what assistive technology you use.

Is-sistema tar-Renju Unit ta' immigrazzjoni bbażata fuq il-punti: Informazzjoni għal viżitaturi mill-UE

Request an accessible format.
If you use assistive technology (such as a screen reader) and need a version of this document in a more accessible format, please email alternativeformats@homeoffice.gov.uk. Please tell us what format you need. It will help us if you say what assistive technology you use.

The UK's points-based immigration system: application guidance

Request an accessible format.
If you use assistive technology (such as a screen reader) and need a version of this document in a more accessible format, please email alternativeformats@homeoffice.gov.uk. Please tell us what format you need. It will help us if you say what assistive technology you use.
Ippubblikat 19 October 2020
L-aħħar aġġornament 9 September 2023 + show all updates
  1. Eligibility for the EU Settlement Scheme has changed. Check the EU Settlement Scheme guidance.

  2. The following 4 documents have been updated: An introduction for EU, EEA and Swiss workers; An introduction for EU, EEA and Swiss students; Information for EU, EEA and Swiss visitors; Application guidance.

  3. Updated guide on an introduction for EU citizens and new guidance for au pairs, business travellers, Erasmus students and those looking to come to the UK for an internship and EU EEA and Swiss business travellers.

  4. Updated to reflect the end of the grace period for applying to the EU Settlement Scheme, and the launch of the Graduate visa.

  5. Added translated versions of 'The UK's points-based immigration system: an introduction for EU citizens' and 'The UK's points-based immigration system: information for EU visitors'.

  6. Added link to travel information due to coronavirus.

  7. Updated content and PDF guides to reflect that free movement between the UK and the European Union has ended.

  8. Added translation

  9. Added translation and application guidance.

  10. Added the following documents "The UK's points-based immigration system: an introduction for EU workers" and "The UK's points-based immigration system: an introduction for EU visitors".

  11. Updated to include information about Irish citizens, following changes in Immigration Rules.

  12. Added translation